27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/6
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fit-8 ta' Lulju 2008 — Metin Bozkurt vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-303/08)
(2008/C 247/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Metin Bozkurt
Konvenuta: Land Baden-Württemberg
Parti l-oħra fil-kawża: Ir-rappreżentant ta' l-interessi tal-Federazzjoni tal-Bundesverwaltungsgericht
Domandi preliminari
1)
Id-dritt ta' xogħol u ta' residenza miksub, bħala membru tal-familja, mill-konjuġi ta' ħaddiem Torka li huwa legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru, skond it-tieni inċiż ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-It-Turkija (ARB 1/80), jibqa' fis-seħħ anke wara li jiġi xolt iż-żwieġ?
Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda:
2)
Il-fatt li ċittadin Tork jinvoka, permezz ta' l-ex mara tiegħu, dritt ta' residenza bbażat fuq it-tieni inċiż ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-It-Turkija (ARB 1/80), meta l-imsemmi ċittadin Tork ikun stupra u weġġa' lil mara tiegħu wara li kiseb dan l-istatus u ġie kkundannat għal sentejn priġunerija għal dan ir-reat, jikkostitwixxi abbuż ta' dritt?
Full & Egal Universal Law Academy