27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta' Lulju 2008 — Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V. vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH
(Kawża C-304/08)
(2008/C 247/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V.
Konvenuta: Plus Warenhandelsgesellschaft mbH
Domandi preliminari
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiċi kummerċjali żleali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha prattika kummerċjali li tagħhmel il-parteċipazzjoni ta' konsumaturi għal kompetizzjoni jew logħob bi premju suġġetta għax-xiri ta' prodott jew ta' servizz hija bħala prinċipju illeċita, indipendentement minn jekk l-inizjattiva ta' reklamar taffettwax, fil-każ partikolari, l-interessi tal-konsumaturi?
(1) ĠU 2005 L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy