27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fl-4 ta' Lulju 2008 — CoNISMa (Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare) vs Regione Marche
(Kawża C-305/08)
(2008/C 247/11)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CoNISMa (Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare)
Konvenut: Regione Marche
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi kif indikati fil-punt 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-parteċipazzjoni minn konsorzju kkostitwit esklużivament minn universitajiet Taljani u amministrazzjonijiet ta' l-Istat, fil-forom indikati fil-punt 8, fi proċedura ta' għoti ta' kuntratti għal servizzi bħal dak ta' ksib ta' tagħrif ġeofiżiku u ta' ġbir ta' kampjuni mill-baħar?
2)
Id-dispożizzjonijiet tas-sistema legali Taljana msemmijin fl-Artikolu 3(22) u (19) u fl-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi stabbilit permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 — li jipprovdu, rispettivament, “it-terminu ‘operatur ekonomiku’ jinkludi l-imprenditur, il-fornitur u dak li jipprovdi servizzi jew grupp jew konsorzju ta' dawn” u “it-termini ‘imprenditur’, ‘fornitur’ u ‘dak li jipprovdi servizzi’ jirreferu għal persuna fiżika, jew persuna ġuridika, jew entità mingħajr personalità ġuridika, fosthom il-grupp Ewropew ta' interess ekonomiku (GEIE) imwaqqaf skond id-Digriet Leġiżlattiv Nru 240 tat-23 ta' Lulju 1991, li ‘joffri fis-suq’, rispettivament, it-twettiq ta' xogħol jew xogħlijiet, il-provvista ta' prodotti, il-provvista ta' servizzi” — imorru kontra d-Direttiva Nru 2004/18/KE, jekk jiġu interpretati fis-sens li jillimitaw il-parteċipazzjoni għal proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi għal dawk li jipprovdu tali attivitajiet b'mod professjonali bl-esklużjoni ta' entitajiet li għandhom bħala għan prinċipali mhux il-profitt, iżda għanijiet bħar-riċerka?
(1) ĠU L 134, p. 114.
Full & Egal Universal Law Academy