30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/37
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-308/08)
(2008/C 223/59)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tiddikjara li r-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, interpretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-117/03, u ta' l-14 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-244/05, kif ukoll mill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(4) ta' din id-direttiva, rigward proġett ta' tqegħid tat-triq rurali minn Villamanrique de la Codesa (Sevilla) sa El Rocío (Huelva).
—
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, permezz tat-twettiq tal-proġett ta' tqegħid tat-triq rurali minn Villamanrique de la Condesa (Sevilla) sa El Rocio (Huelva) mingħajr l-implementazzjoni korrispondenti ta' miżuri ta' protezzjoni adegwati, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 92/43/KEE, intepretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-117/03, u ta' l-14 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-244/05, kif ukoll mill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(4) ta' din id-direttiva.
(1) ĠU L 206, p. 7.
Full & Egal Universal Law Academy