27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (Ingilterra u Wales) fl-11 ta' Lulju 2008 — London Borough of Harrow vs Nimco Hassan Ibrahim u Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-310/08)
(2008/C 247/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (Civil Division) (Ingilterra u Wales).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: London Borough of Harrow.
Konvenuti: Nimco Hassan Ibrahim, Secretary of State for the Home Department.
Domandi preliminari
F'ċirkustanzi fejn (i) il-konjuġi li mhux ċittadin ta' pajjiż Komunitarju u l-ulied tiegħu ċittadini ta' pajjiż Komunitarju jkunu akkumpanjaw ċittadin Komunitarju li jkun stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit (ii) iċ-ċittadin Komunitarju kien jinsab fir-Renju Unit bħala ħaddiem (iii) iċ-ċittadin Komunitarju wara jkun waqaf jaħdem u wara jkun telaq mir-Rejnu Unit (iv) iċ-ċittadin Komunitarju, il-konjuġi tiegħu li mhux ċittadin Komunitarju u l-ulied ma jkunux jistgħu jmantnu lilhom infushom u jkunu dipendenti fuq l-għajnuna soċjali fir-Renju Unit (v) l-ulied ikunu bdew l-edukazzjoni primarja fir-Renju Unit ftit wara l-wasla tagħhom, meta ċ-ċittadin Komunitarju kien jaħdem:
(1)
il-konjuġi u l-ulied għandhom dritt ta' residenza fir-Renju Unit biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004 (1)?;
JEW
(2)
(i)
huma għandhom dritt ta' residenza li jirriżulta mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 (2), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma jkun neċessarju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004;
u
(ii)
f'dan il-każ, għandhom ikollhom aċċess għal riżorsi suffiċjenti sabiex ma jkunux ta' piż fuq is-sistema ta' għajnuna soċjali li hemm fl-Istat Membru ospitanti waqt il-perjodu propost tagħhom ta' residenza u jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-mard f'dan l-Istat Membru ospitanti?;
(3)
jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, il-pożizzjonji tinbidel meta, f'ċirkustanzi bħall-każ preżenti, l-ulied ikunu bdew l-edukazzjoni primarja u l-ħaddiem ċittadin Komunitarju jkun waqaf jaħdem qabel id-data li fiha d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004 kellha tiġi implementata fl-Istati Membri?
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE; ĠU L 158, p. 77.
(2) Ir-Regolament (KKE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità; ĠU L 257, p. 2.
Full & Egal Universal Law Academy