30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/37
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-312/08)
(2008/C 223/60)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Støvlbæk, Aġent)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
—
tiddikjara li, billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, ta' l-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-libertà ta' moviment tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (1), jew, f'kull każ billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu sa meta d-direttiva kellha tiġi trasposta skada fl-1 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 363, p. 141.
Full & Egal Universal Law Academy