30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/37
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-313/08)
(2008/C 223/61)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Vesco u P. Dejmek, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 1(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/58/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta' żvelar fir-rigward ta' ċerti tipi ta' kumpanniji, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-30 ta' Diċembru 2006.
(1) ĠU L 221, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy