11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/6
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Angelo Grisoli vs Regione Lombardia u Comune di Roccafranca
(Kawża C-315/08)
(2008/C 260/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angelo Grisoli.
Konvenuta: Regione Lombardia.
Domandi preliminari
1)
il-preżenza ta' spiżerija waħda f'komuni b'popolazzjoni inferjuri għal erbat elef abitant hija kompatibbli ma' l-Artikoli 152 u 153 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?
2)
il-fatt li l-ftuħ tat-tieni spiżerija, f'komuni b'popolazzjoni ogħla minn erbat elef abitant, huwa suġġett għal kundizzjonijiet bħall, fost l-oħrajn, li l-popolazzjoni tkun taqbeż il-paramentri b'minn ta' l-inqas ħamsin fil-mija, li d-distanza ma tkunx ta' inqas minn tlett elef metru mill-ispiżerija eżistenti, u li l-preżenza tal-ħtiġijiet partikolari ta' assistenza mill-ispiżeriji għandha tiġi evalwata fl-isfond tal-kundizzjonijiet topografiċi u ta' vijabbiltà kemm mill-entitajiet tas-saħħa (impriżi tas-saħħa lokali), kemm mill-ordni ta' professjonisti lokali jew, f'kull każ, mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta' l-organizzazzjoni u l-kontroll tas-servizz ta' spiżerija, huwa kompatibbli ma' l-Artikoli 152 u 153 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy