13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/12
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-16 ta' Lulju 2008 — Ovidio Rodríguez Mayor, Pilar Pérez Boto, Pedro Gallego Morzillo, Alfonso Francisco Pérez, Juan Marcelino Gabaldón Morales, Marta María Maestro Campo u Bartolomé Valera Huete vs Il-wirt battal ta' Rafael de las Heras Dávila, Sagrario de las Heras Dávila u Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-323/08)
(2008/C 236/19)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ovidio Rodríguez Mayor, Pilar Pérez Boto, Pedro Gallego Morzillo, Alfonso Francisco Pérez, Juan Marcelino Gabaldón Morales, Marta María Maestro Campo, Bartolomé Valera Huete
Konvenuti: Il-wirt battal ta' Rafael de las Heras Dávila, Sagrario de las Heras Dávila u Fondo de Garantía Salarial
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 51 tal-Kodiċi tal-Ħaddiema Spanjol jonqos milli jissodisfa l-obbligi imposti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (1) ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, billi jillimita d-definizzjoni ta' redundancies kollettivi għal tkeċċijiet minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzativi jew ta' produzzjoni u billi ma jestendix d-definizzjoni għal tkeċċija għal raġuni mhux relatata mal-ħaddiema individwali kkonċernati?
2)
Ir-regola fl-Artikolu 49(1)(g) tal-Kodiċi tal-Ħaddiema li jistabbilixxi kumpens limitat għal paga ta' xahar, għall-ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minħabba mewt, irtirar jew inkapaċità ta' min iħaddem, li teskludihom mill-iskop ta' l-Artikolu 51 tal-Kodiċi u li tmur kontra l-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 6 tad-Direttiva, tmur ukoll kontra d-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE?
3)
Il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar ir-redundancies kollettivi, u b'mod partikolari l-Artikoli 49(1)(g) u 51 tal-Kodiċi tal-Ħaddiema, tikser l-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema adottata waqt is-sessjoni tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 1989 fi Strasburgu?
(1) ĠU L 225, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy