27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/9
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fis-17 ta' Lulju 2008 — Société Olympique lyonnais vs Olivier Bernard, Société Newcastle UFC
(Kawża C-325/08)
(2008/C 247/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Olympique lyonnais
Konvenuti: Olivier Bernard, Société Newcastle UFC
Domandi preliminari
1)
Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema stabbilit [fl-Artikolu 39 KE] jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha plejer promettenti żgħir li jiffirma, wara l-perijodu tiegħu ta' taħriġ, kuntratt ta' plejer professjonali ma' klabb ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jiġi mġiegħel iħallas kumpens għal danni?
2)
Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv, il-ħtieġa li jiġu mħeġġa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' plejers professjonali li jkunu għadhom żgħar tikkostitwixxi għan leġittimu jew raġuni imperattiva ta' interess ġenerali ta' natura li tiġġustifika restrizzjoni bħal din?
Full & Egal Universal Law Academy