20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — Proċedura kriminali kontra Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Ivo Colomberotto
(Kawża C-375/08)
(2008/C 327/11)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Treviso
Partijiet fil-kawża prinċipali
Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Ivo Colomberotto
Domanda preliminari
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 (1), dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, tissuġġetta l-għoti ta' għajnuna finanzjarja għall-użu ta' artijiet bħala mergħa, għall-eżistenza ta' titolu ta' prorprjetà jew titoli legali oħra li jiġġustifikaw l-użu tal-art inkwistjoni?
(1) ĠU L 160, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy