30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/38
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-326/08)
(2008/C 223/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u B. Kotschy, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
—
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2005/29/KE (1), billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' din id-Direttiva, jew f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy