13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/12
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-328/08)
(2008/C 236/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Koskinen, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta'April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx tali miżuri lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2007.
(1) ĠU L 143, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy