25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/8
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-329/08)
(2008/C 272/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u G. Rozet, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belgju
Talbiet
—
tikkonstata li, bin-nuqqas tiegħu li jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE skada fit-30 ta' April 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva f'dak li jirrigwarda r-Région de Bruxelles-Capitale.
(1) ĠU L 143, p.56.
Full & Egal Universal Law Academy