25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/9
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-330/08)
(2008/C 272/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u G. Rozet, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża.
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2004/35/KE tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE skada fit-30 ta' April 2007. Sad-data li fiha ġie ppreżentat ir-rikors, ebda miżura ta' traspożizzjoni neċessarja ma kienet għadha ġiet adottata mill-konvenuta.
(1) ĠU L 143, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy