25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/9
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-332/08)
(2008/C 272/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/104/KE skada fil-15 ta' Frar 2007. Issa fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, l-imsemmija direttiva ma kinitx għadha ġiet trasposta kompletament fid-dritt nazzjonali.
(1) ĠU 2005, L 23, p. 3.
Full & Egal Universal Law Academy