11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/8
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-House of Lords (Ir-Renju Unit) fit-23 ta' Lulju 2008 — The Queen (on the application of M) (FC) vs Her Majesty's Treasury u żewġ rikorsi oħra
(Kawża C-340/08)
(2008/C 260/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords (Ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen (on the application of M) (FC)
Konvenuta: Her Majesty's Treasury u żewġ rikorsi oħra
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (1) japplika għall-għoti mill-Istat ta' benefiċċji ta' sigurtà soċjali jew ta' assistenza soċjali lill-konjuġi ta' persuna nnominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skond ir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 1267 (1999) fuq il-bażi biss li l-konjuġi toqgħod mal-persuna nnominata u ser tuża jew tista' tuża parti minn dawn il-flus sabiex tħallas għal oġġetti jew servizzi li din ta' l-aħħar sejra tikkonsma jew tibbenefika minnhom?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta' l-Afganistan (ĠU L 139, p. 9).
Full & Egal Universal Law Academy