8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/17
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-342/08)
(2008/C 285/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma assigurax it-tfassil ta' pjan ta' emerġenza estern għall-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (1), emendat bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2003 (2), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li t-tfassil ta' pjani ta' emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE hija eżiġenza fundamentali ta' din id-direttiva. Ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-direttiva peress illi ma fassalx tali pjani għal 59 stabbiliment li jinsabu fit-territorju tiegħu, filwaqt li, skont it-termini stess ta' din id-direttiva, dawn il-pjani kellhom jiġu mfassla mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva, jiġifieri t-3 ta' Frar 2002.
(1) ĠU 1997, L 10, p. 13.
(2) Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta' aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (ĠU L 345, p. 97).
Full & Egal Universal Law Academy