11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/9
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-346/08)
(2008/C 260/16)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
—
tiddikjara li, billi rrifjuta li japplika d-Direttiva 2001/80/KE (1) dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għaċ-ċentrali elettrika ta' Lynemouth, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li ċ-ċentrali elettrika li titħaddem bil-faħam ta' Lynemouth f'Northumberland tikkostitwixxi impjant tal-kombustjoni fis-sens tad-direttiva. Inizjalment, ir-Renju Unit kien ta' l-istess opinjoni iżda, wara bidla radikali fil-pożizzjoni tiegħu, issa qed jikkontestaha bil-qawwi.
Jekk iċ-ċentrali elettrika ta' Lynemouth hija koperta bid-direttiva, kif tallega l-Kummissjoni, mela hija ċertament “impjant eżistenti” fis-sens ta' l-Artikolu 2(10) tad-direttiva. Hemm qbil bejn il-partijiet li l-liċenzja oriġinali ta' l-operat kienet ingħatat qabel l-1 ta' Lulju 1987. Konsegwentament, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, emissjonijiet miċ-ċentrali elettrika kellhom jitnaqqsu b'mod sinjifikanti sa l-1 ta' Jannar 2008 skond l-Artikolu 4(3).
Il-Kummissjoni ssostni li, billi naqas milli japplika d-direttiva għaċ-ċentrali elettrika ta' Lynemouth, ir-Renju Unit kiser id-direttiva. In-nuqqas li jsir tnaqqis b'mod sinjifikanti ta' l-emissjonijiet miċ-ċentrali elettrika sa l-1 ta' Jannar 2008 jikkostitwixxi ksur kontinwu tad-dritt Komunitarju.
(1) ĠU L 309, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy