25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgerichts Feldkirch (l-Awstrija) fit-28 ta' Lulju 2008 — Vorarlberger Gebietskrankenkasse vs WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG
(Kawża C-347/08)
(2008/C 272/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgerichts Feldkirch.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vorarlberger Gebietskrankenkasse.
Konvenuta: WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG.
Domandi preliminari
1)
Ir-riferiment għall-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), li jinsab fl-Artikolu 11(2) ta' dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ta' sigurtà soċjali, li lilu jkunu ġew ittrasferiti d-drittijiet tal-persuna direttament leża bis-saħħa tal-liġi (Artikolu 332 ASVG), ikun jista' jressaq rikors dirett kontra l-assiguratur quddiem il-qorti tal-post fi Stat Membru li fih ikun stabbilit, sa fejn dan ir-rikors dirett ikun ammissibbli u l-assiguratur ikun stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru?
2)
Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda: Din il-ġurisdizzjoni teżisti wkoll jekk, meta jitressaq ir-rikors, il-persuna direttament leża ma jkkollhiex id-domiċilju jew ir-residenza normali fl-Istat Membru li fih il-korp ta' sigurtà soċjali jkun stabbilit?
(1) ĠU 2001 L 12, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy