11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/10
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Tribunal Superior de Justicia de Murcia (Spanja) fit-30 ta' Lulju 2008 — Aurelio Choque Cabrera vs Delegación del Gobierno en Murcia
(Kawża C-348/08)
(2008/C 260/17)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Murcia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aurelio Choque Cabrera.
Konvenuta: Delegación del Gobierno en Murcia
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 62(1) u (2)(a) tiegħu, u dawk tar-Regolament Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006 (KE) tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1), b'mod partikolari l-Artikoli 5, 11 u 13 tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġilazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali, mal-ġurisprudenza li tinterpretha, li skondha t-tkeċċija ta' “kull ċittadin ta' pajjiż terz” li m'għandhux document li jawtorizza d-dħul u r-residenza fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea tista' tinbidel f'impożizzjoni ta' multa?
(1) ĠU 2006 L 105, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy