27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/10
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
(Kawża C-356/08)
(2008/C 247/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa, A. Böhlke, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li r-Repubblika ta' l-Awstrija, billi teżiġi li kull tabib li jistabbilixxi ruħu fil-Land ta' l-Oberösterreich għandu jiftaħ kont bankarju ma' l-Oberösterreichischen Landesbank, li fih jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet għas-servizzi tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni għall-mard, tikser l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-ftuħ obbligatorju ta' kont, li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet kollha tas-servizzi pprovduti mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni għall-mard, huwa sproporzjonat f'dak li jirrigwarda l-ħtieġa li jiġi ggarantit il-kalkolu u l-ġbir xieraq tal-ħlasijiet għall-prestazzjonijiet li għandhom jitħallsu minn tobba stabbiliti fil-Land ta' l-Oberösterreich lill-assoċjazzjoni medika [Österreichische Ärztekammer]. Għalhekk, ir-regolamenti kkontestati jirrappreżentaw restrizzjonijiet mhux iġġustifikati ta' tliet libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, id-dritt ta' stabbiliment ta' tobba stabbiliti fi Stati Membri oħrajn kif ukoll dik tal-banek, id-dritt tagħhom li jipprovdu servizzi kif ukoll il-libertà ta' moviment ta' kapital.
Full & Egal Universal Law Academy