27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/10
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-357/08)
(2008/C 247/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Zavvos, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE (1), tal-11 ta' Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-Direttiva,
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/14/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-11 ta' Ġunju 2007.
(1) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy