11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-House of Lords fil-5 ta' Awwissu 2008 — Aventis Pasteur SA vs OB (by his mother and litigation friend) (FC)
(Kawża C-358/08)
(2008/C 260/19)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aventis Pasteur SA
Konvenut: OB
Domandi preliminari
Huwa konformi mad-Direttiva Ewropea dwar ir-responsabbiltà tal-prodott (1) li l-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu s-sostituzzjoni minn konvenut ġdid f'talba mressqa taħt id-direttiva wara li l-perijodu ta' 10 snin għall-infurzar tad-drittijiet taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva jkun skada f'ċirkustanzi fejn l-unika persuna li tkun magħżula bħala konvenut fil-kawża matul il-perjodu ta' 10 snin kienet xi ħadd li ma taqax taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva?
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi ĠU L 210, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy