8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/21
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Raad van State (L-Olanda) fl-4 ta' Awwissu 2008 — Stichting Greenpeace Nederland tegen Minister van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer vs Pioneer Hi-Bred Northern Europe Sales Division
(Kawża C-361/08)
(2008/C 285/34)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Greenpeace Nederland
Konvenut: Minister van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer
Il-parti l-oħra fil-kawża: Pioneer Hi-Bred Northern Europe Sales Division
Domandi preliminari
1)
Il-post tar-rilaxx ta' organiżmi modifikati ġenetikament li ma jistgħux jitqiesu bħala 'kunfidenzjali' skont l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2004/18/KE (1), fid-dawl inter alia tal-iskema oġġettiva u ġenerali ta' dik id-Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal biċċa art fir-reġistru tal-artijiet, jew huwa biżżejjed li tiġi indikata żona ġeografika ikbar?
2
(a)
Jekk l-indikazzjoni ta' żona ġeografika ikbar hija biżżejjed, liema sitwazzjonijiet għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġi deċiż id-daqs taż-żona li għandha tiġi indikata?
(b)
Id-Direttiva 2003/14/KE (2) hija rilevanti għad-determinazzjoni tad-daqs taż-żona li għandu jiġi indikat?
(c)
Żona li hija għoxrin darba ikbar mis-siti sperimentali individwali tissodisfa l-prinċipju ta' proporzjonalità?
3.
Il-prinċipju ta' proporzjonalità huwa ssodisfat jekk, skont il-politika riveduta fis-7 ta' Lulju 2008, tiġi magħżula indikazzjoni ġenerali ta' żoni mitt darba ikbar mis-siti sperimentali individwali?
4.
Fil-każ li sempliċi referenza fir-reġistru tal-artijiet hija biżżejjed u minkejja r-regola stabbilita mill-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18/KE, ġustifikazzjoni sabiex tiġi pproċessata data kunfidenzjali dwar il-post preċiż tar-rilaxx tista' madankollu tkun waħda miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE?
5
(a)
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jinkludi lista eżawrjenti tal-ġustifikazzjonijiet?
(b)
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, il-protezzjoni tal-impriżi, inkluż il-persuni u l-prodotti tagħhom, u l-prevenzjoni tas-sabotaġġ minħabba l-iżvilupp bijoteknoloġiku fl-Olanda jistgħu jiġu kkunsidrati bħala waħda mill-ġustifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE?
6
Jekk ir-risposti għad-domandi 5(a) u (b) huma fl-affermattiv, l-għażla ta' żona għoxrin darba ikbar mis-sit sperimentali, fid-dawl tal-Artikolu 4(2)(h) tad-Direttiva 2003/4/KE, hija proporzjonata fid-dawl tal-protezzjoni tal-interessi privati (protezzjoni tal-impriżi, inkluż il-persuni u l-prodotti tagħhom) u tal-interessi pubbliċi (il-prevenzjoni tas-sabotaġġ minħabba l-iżvilupp bijoteknoloġiku fl-Olanda)?
7
(a)
Jekk ir-risposta għad-domanda 5(a) hija fl-affermattiv, il-protezzjoni tal-impriżi, inkluż il-persuni u l-prodotti tagħhom, u l-prevenzjoni tas-sabotaġġ minħabba l-iżvilupp bijoteknoloġiku fl-Olanda jikkostitwixxu ġustifikazzjoni permissibbli?
(b)
Jekk ir-risposta għad-domanda 7(a) hija fl-affermattiv, l-għażla ta' żona għoxrin darba jew mitt darba ikbar mis-sit sperimentali hija proporzjonata fid-dawl tal-protezzjoni tal-interessi privati (protezzjoni tal-impriżi, inkluż il-persuni u l-prodotti tagħhom) u tal-interessi pubbliċi (il-prevenzjoni tas-sabotaġġ minħabba l-iżvilupp bijoteknoloġiku fl-Olanda)?
(1) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/18/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, p. 1).
(2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, p. 26).
Full & Egal Universal Law Academy