25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgerichts München (il-Ġermanja), fil-11 ta' Awissu 2008 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Adolf Darbo AG
(Kawża C-366/08)
(2008/C 272/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV.
Konvenuta: Adolf Darbo AG
Domandi preliminari
1)
Il-frażi “ġamm b'ammonti żgħar ta' zokkor” li tinsab fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995, dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll ġammijiet magħrufa bħala ġamm extra?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva:
a)
Kif għandha alternattivament tiġi interpretata l-frażi “ġamm b'ammonti żgħar ta' zokkor” fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 95/2/KE?
b)
B'mod partikolari għandha tiġi interpretata li tkopri wkoll ġammijiet magħrufa bħala ġamm extra li għandhom 58 % tal-kontenut li jkun materjal solubbli niexef?
3)
Jekk ir-risposti għad-domandi 1 u 2(b) huma pożittivi:
It-tieni paragrafu tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-isem ġamm extra jista' jiġi awtorizzat anki għal dawk il-ġammijiet li għandhom mhux iktar minn 60 % tal-kontenut li jkun materjal solubbli niexef fejn fil-każ ta' dawn il-ġammijiet ma jkunx hemm rekwiżiti inqas stretti li jiġu imposti fuq l-isem ġamm?
(1) ĠU 1995 L 61, p. 1.
(2) ĠU 2002 L 10, p. 67.
Full & Egal Universal Law Academy