11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/11
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-367/08)
(2008/C 260/21)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tikkonstata li, billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/22/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006, dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE, jew f'kull każ, billi ma kkomunikax tali dispożizzjonjiet lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16 ta' din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih id-direttiva kellha tiġi trasposta skada fl-1 ta' April 2007.
(1) ĠU L 102, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy