27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/11
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-368/08)
(2008/C 247/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Dimitriou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-Direttiva,
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE fid-dritt nazzjonali skada fit-30 ta' April 2007.
(1) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy