8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/24
Talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fit-13 ta' Awwissu 2008 — Data I/O GmbH vs Bundesfinanzdirektion Südost
(Kawża C-370/08)
(2008/C 285/38)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Data I/O GmbH
Konvenut: Bundesfinanzdirektion Südost
Domandi preliminari
1)
In-Nota Spjegattiva 5(B) tal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda tat-tariffa doganali komuni fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1) kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta' Settembru 2004 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti l-klassifikar, taħt it-testatura 8471 tan-nomenklatura magħquda, ta' adaptor tal-elettriku intiż għal konnessjoni elettrika bejn magna awtomatika tal-programmazzjoni u l-komponenti elettriċi intiżi għal programmar?
2)
Fil-każ li r-risposta għad-domanda tkun fin-negattiv, l-adaptor imsemmi iktar 'il fuq għandu jiġi kklassifikat taħt it-testatura 8471 tan-nomenklatura magħquda meta dan jinkludi ċipp tal-memorja (memory-chip), li fuqha hemm immemorizzat il-proċess ta' programmazzjoni u li minnu jista' jiġi estratt?
(1) ĠU L 256, p. 1.
(2) ĠU L 327, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy