25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Finanzgericht (Il-Ġermanja) fl-14 ta' Awwissu 2008 — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-373/08)
(2008/C 272/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hoesch Metals and Alloys GmbH.
Konvenuta: Hauptzollamt Aachen.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 291/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-kodiċi doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-separazzjoni, it-tindif u t-titħin tal-blokki tal-metall tas-silikon kif ukoll it-tgħarbil, it-tisfif u l-ippakkjar sussegwenti tal-kristalli tas-silikon wara t-titħin jikkostitwixxu pproċessar jew xogħol kostituttiv ta' l-oriġinal?
2)
Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: huwa validu r-Regolament tal-Kunsill Nru 398/2004 tat-2 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2)?
(1) ĠU 1992 L 302, p. 1.
(2) ĠU 2004 L 66, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy