11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/12
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Ungerija
(Kawża C-374/08)
(2008/C 260/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u Simon B. D, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Ungerija
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE, ta' l-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital ta' l-impriżi ta' investiment u ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni) (1), ir-Repubblika ta' l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Ungerija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-terminu mogħti sabiex id-direttiva tiġi trasposta skada fil-31 ta' Diċembru 2006.
(1) ĠU L 177, p. 201.
Full & Egal Universal Law Academy