20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — Serrantoni Srl, Consorzio stabile edili scrl vs Comune di Milano
(Kawża C-376/08)
(2008/C 327/12)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Serrantoni Srl e Consorzio stabile edili scrl
Konvenut: Comune di Milano
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta' April 2006, kif emendat mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 113 tal-31 ta' Lulju 2007, li jipprevedu:
—
fil-każ ta' membru ta' konsorzju li jitfa' offerta, l-esklużjoni awtomatika mill-proċeduri ta' għoti ta' kuntratt ta' entità assoċjata, minħabba l-fatt biss li għandha forma ġuridika speċifika (dik ta' konsorzju stabbli) minflok forom ġuridiċi oħra sostanzjalment identiċi (konsorzju ta' kooperattivi u ta' xogħol jew konsorzju ta' impriżi tal-artiġjanat),
—
u fl-istess ħin, fil-każ ta' konsorzju stabbli li jipparteċipa, li jkun ukoll iddikjara li ser jitfa offerta f'isem impriżi diversi u li ser jagħti x-xogħlijiet lil diversi impriżi fil-każ ta' għoti ta' kuntratt, l-esklużjoni awtomatika ta' impriża minħabba l-fatt formali biss li aderixxiet għal dan il-konsorzju,
jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE (1), tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi?
2)
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta' April 2006, kif emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 113 tal-31 ta' Lulju 2007, li jipprevedu:
—
fil-każ ta' membru ta' konsorzju li jipparteċipa, l-esklużjoni awtomatika mis-sejħa ta' offerti ta' entità assoċjata, minħabba l-fatt biss li għandha forma ġuridika speċifika (dik ta' konsorzju stabbli) minflok forom ġuridiċi oħra sostanzjalment identiċi (konsorzju ta' kooperattivi u ta' xogħol jew konsorzju ta' impriżi tal-artiġjanat),
—
u fl fl-istess ħin, fil-każ ta' konsorzju stabbli li jipparteċipa, li jkun ukoll iddikjara li ser jitfa offerta f'isem impriżi diversi u li ser jagħti x-xogħlijiet lil diversi impriżi fil-każ ta' għoti ta' kuntratt, l-esklużjoni awtomatika ta' impriża minħabba l-fatt formali biss li aderixxiet għal dan il-konsorzju,
jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 39 KE, 43 KE, 49 KE u 81 KE?
(1) ĠU L 134, p. 114.
Full & Egal Universal Law Academy