22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fil-21 ta' Awissu 2008 — ENI SpA vs Ministero Ambiente e tutela del territorio e del mare e altri
(Kawża C-380/08)
(2008/C 301/28)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ENI SpA.
Konvenua: Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare e altri.
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva Komunitarja 2004/35/KE (1) dwar il-kumpens tad-dannu ambjentali, u, f'din il-kawża, l-Artikolu 7 u l-Anness II tagħha, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni pubblika s-setgħa li timponi, bħala “metodi raġjonevoli ta' rimedju ta' dannu ambjentali”, interventi fuq xogħlijiet għall-ambjent (f'dan il-każ, “barriera fiżika” għall-ilma ta' taħt l-art tul xatt-il baħar kollu) li huma differenti u addizzjonali għal dawk magħżula qabel l-eżitu ta' diskussjonijiet preliminari speċjali mal-partijiet, li diġà ġew approvati, implementati u li qegħdin jitwettqu?;
2)
Din id-direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti s-setgħa lill-amministrazzjoni pubblika li timponi, ex officio, dawn ir-rekwiżiti, jiġifieri mingħajr ma tkun evalwat il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sit, l-ispejjeż ta' implementazzjoni mqabbla mal-benefiċċji prevedibbli b'mod raġjonevoli, id-danni kollaterali eventwali jew probabbli u l-effetti negativi fuq is-saħħa u s-sigurtà pubblika, kif ukoll iż-żmien meħtieġ sabiex jitwettaq ix-xogħol?
3)
Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tas-sitwazzjoni tas-sit ta' interess nazzjonali ta' Priolo, l-istess direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni njazzjonali li tagħti s-setgħa lill-amministrazzjoni pubblika li timponi ex officio dawn ir-rekwiżiti bħala kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu leġittimu ta' żoni li mhumiex direttament relatati mal-bonifika, peress li diġà ġew bonifikati jew għall-inqas mhux imniġġsa, inklużi fil-limiti tas-sit ta' interess nazzjonali ta' Priolo?
(1) ĠU L 143, 2004, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy