22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/17
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fis-27 ta' Awwissu 2008 — Attanasio Group Srl vs Comune di Carbognano
(Kawża C-384/08)
(2008/C 301/31)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Attanasio Group Srl
Konvenut: Comune di Carbognano
Domandi preliminari
Il-liġijiet reġjonali u nazjonali Taljani li jipprovdu distanzi minimi obbligatorji bejn pompi tal-petrol installati fit-toroq, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tal-Legge Regionale del Lazio, applikabbli għall-kawża inkwistjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, u li huma rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni ta' din il-qorti, kif ukoll il-liġijiet nazzjonali relatati (D. Lgs. Nru. 32/1988 u 2001 kif emendata u supplementata sussegwentement, il-Liġi Nru. 57/2001 u D.M. tal-31 ta' Ottubru 2001), fil-parti li tippermetti, jew li ma tipprekludix, fl-eżerċiżju tas-setgħat leġiżlattivi tal-Istat Taljan, l-impożizzjoni ta' distanzi minimi bejn il-pompi tal-petrol installati fit-toroq mill-imsemmi Artikolu 13, huma kumpatibbli mad-dritt Komunitarju, u b'mod partikolari mal-Artikoli 43, 48, 49 u 56 tat-Trattat KE, kif ukoll mal-prinċipji Komunitarji ta' kompetizzjoni ekonomika u ta' nondiskriminazzjoni stabbiliti mill-istess Trattat, kif indikat fil-motivi esposti?
Full & Egal Universal Law Academy