8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/27
Rikors ippreżentat fil-5 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-390/08)
(2008/C 285/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u J.-P. Keppenne, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma pprovdiex l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta]l-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (1), moqri flimkien mal-Artikoli 8, 9, 10 u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 166/2005/KE, tal-10 ta' Frar 2005, li tistabbilixxi r-regoli ta' implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ tal-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (2), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, moqri flimkien mal-Artikoli 8, 9, 10 u 11 tad-Deċiżjoni Nru 166/2005/KE;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, moqri flimkien mad-Deċiżjoni Nru 166/2005/KE, l-Istati Membri huma marbuta jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-15 ta' Marzu 2005 u wara kull sentejn, il-miżuri nazzjonali meħuda sabiex jillimitaw u/jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' gass serra u sabiex jimplementaw il-Protokoll ta' Kyoto.
Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, dawn il-miżuri kienu għadhom ma ġewx ikkomunikati mill-konvenut.
(1) ĠU L 49, p. 1.
(2) ĠU L 55, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy