25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/14
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-392/08)
(2008/C 272/24)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Sipos, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, peress li ma żviluppax pjani ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1) tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) tal-imsemmija Direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/82/KE, l-Artikolu 9 tal-istess Direttiva japplika għal kull stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet ugwali għal jew fi kwantitajiet akbar minn dawk imniżżla fl-Anness I, il-Partijiet 1 u 2, il-kolonna 3.
Skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti kollha li għalihom japplika l-Artikolu 9, l-awtoritajiet innominati għal dak il-għan mill-Istat Membru ifasslu pjan ta' emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbiliment (paragrafu 1(c)).
Dan ir-rikors huwa intiż sabiex jiġi kkonstatat li peress li ma żviluppax pjani ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 96/82.
(1) ĠU L 10, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy