20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Roma (l-Italja) fit-12 ta' Settembru 2008 — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Daniela Lotti u Clara Matteucci
(Kawża C-396/08)
(2008/C 327/14)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d'appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Konvenuti: Daniela Lotti u Clara Matteucci
Domandi preliminari
1)
Il-leġiżlazzjoni Taljana (jiġifieri, l-Artikolu 7(1) tal-Liġi 638/83) li twassal sabiex perijodi li fihom persuna ma tkunx ħadmet fil-qafas ta' xogħol part-time vertikali, ma jittieħdux inkunsiderazzjoni bħala perijodu ta' kontribuzzjonijiet utli għall-kisba ta' drittijiet għall-pensjoni, hija kompatibbli mad-Direttiva 97/81/KE (1), u b'mod partikolari, mal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas anness magħha, dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni?
2)
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissemma fid-domanda ta' qabel, hija konformi mad-direttiva u b'mod partikolari, mal-Klawżola 1 tal-Ftehim Qafas anness magħha, fejn huwa stabbilit li l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiffaċilita l-iżvilupp tax-xogħol part-time, u mal-Klawżoli 4 u 5 tal-Ftehim Qafas imsemmi iktar 'il fuq, li jimponu obbligu fuq l-Istati Membri li jeliminaw l-ostakli ta' natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet ta' xogħol part-time, peress li m'hemmx dubju li n-nuqqas ta' teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-pensjoni, tal-ġimgħat li fihom persuna ma tkunx ħadmet, jikkostitwixxi ostaklu sinjifikanti għall-għażla ta' xogħol part-time vertikali?
3)
Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas imsemmi iktar 'il fuq dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni tista' tiġi estiża wkoll għad-diversi tipi ta' kuntratti part-time peress li, fil-każ ta' xogħol part-time orizzontali, għal numru ekwivalenti ta' sigħat ta' xogħol li għalihom titħallas remunerazzjoni fis-sena kalendarja, il-ġimgħat kollha tas-sena kalendarja jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għax-xogħol part-time vertikali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta' Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Anness: Il-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time (ĠU 1998, L 14, p. 9).
Full & Egal Universal Law Academy