20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg (Il-Ġermanja) fit-18 ta' Settembru 2008 — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt
(Kawża C-404/08)
(2008/C 327/16)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Naumburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale
Konvenuta: Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 81(1)(a) u (d) u l-Artikolu 81(2) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-ispejjeż legali u mid-drittijiet professjonali mogħtija mill-Land ta' Sachsen-Anhalt lill-Bank ta' Investiment stabbilit skont l-Artikolu 6(1) tal-Investitionsbank-Begleitgesetz (Liġi Sussidjarja tal-Bank ta' Investiment) tat-18 ta' Diċembru 2003 (ippubblikata fil-Gesetz- und Verordnungsblatt Land Sachsen-Anhalt Nru 47/2003 p. 371) hija invalida?
2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 86(2) KE, ir-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li, l-istess bħal-Land ta' Sachsen-Anhalt, il-Bank ta' Investiment jibbenefika mill-eżenzjoni tal-ispejjeż legali u tad-drittijiet professjonali fil-każijiet biss fejn iwettaq kompiti uffiċjali fil-kuntest tal-Artikolu 6 tar-Regolament tat-30 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi l-Bank ta' Investiment ta' Sachsen-Anhalt (ippubblikat fil-Gesetz- und Verordnungsblatt Land Sachsen-Anhalt p. 534) kif emendat mir-Regolament rettifikattiv tat-2 ta' Diċembru 2006?
Full & Egal Universal Law Academy