22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fit-18 ta' Settembru 2008 — Holst vs Dansk Industri
(Kawża C-405/08)
(2008/C 301/35)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Holst
Konvenuta: Dansk Industri
Domandi preliminari
1)
Jeżisti nuqqas ta' qbil bejn il-partijiet dwar jekk id-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (1) ġietx implimentata korrettement fil-ftehim ta' kooperazzjoni bejn DA u LO. F'dan ir-rigward, ir-regoli Komunitarji jipprekludu l-implimentazzjoni ta' direttiva b'tali mod li gruppi ta' impjegati jkunu koperti minn ftehim kollettiv bejn partijiet li ma jirrappreżentawx il-grupp professjonali in kwistjoni u meta l-ftehim kollettiv ma jkoprix il-grupp professjonali tal-persuni in kwistjoni?
2)
Jekk id-Direttiva 2002/14/KE ġiet implimentata b'mod korrett għal BH fil-ftehim ta' kooperazzjoni bejn DA u LO, l-Artikolu 7 tad-Direttiva għandu jitqies bħala li ġie implimentat b'mod korrett jekk jiġi stabbilit li l-ftehim ta' kooperazzjoni ma jkollux livell għoli ta' protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol għal ċerti gruppi professjonali?
3)
Jekk BH huwa kopert mill-implimentazzjoni leġiżlattiva tad-Direttiva, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva li jirrigwardaw “protezzjoni u garanziji adekwati biex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri li jkunu ġew assenjati lilhom” jipprekludu l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva fl-Artikolu 8 tal-[Liġi dwar l-għoti ta' informazzjoni u dwar l-ikkonsultar mal-impjegati], li tgħid is-segwenti: “Ir-rappreżentanti li għandhom jiġu infurmati u kkonsultati f'isem l-impjegati għandhom ikunu protetti kontra t-tkeċċija mix-xogħol jew konsegwenzi ħżiena oħra fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom bl-istess mod bħar-rappreżentanti tal-organizzazzjoni sindakali fl-istess qasam professjonali jew f'wieħed simili”, jekk l-implimentazzjoni ma jkunx fiha livell għoli ta' protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol għall gruppi professjonali li mhumiex koperti minn ftehim kollettiv?
(1) Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 2003, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, p. 29).
Full & Egal Universal Law Academy