20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg (il-Ġermanja) fit-18 ta' Settembru 2008 — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt
(Kawża C-409/08)
(2008/C 327/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Naumburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale
Konvenuta: Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 86(1) KE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 81(1)(a) u (d), u (2) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti (taxxi u spejjeż) mogħtija taħt l-Artikolu 6(1) tal-Investitionsbank-Begleitgesetz (Liġi anċillari dwar l-Investitionsbank) tat-18 ta' Diċembru 2003 (Gesetz- und Verordnungsblatt tal-Land ta' Sachsen-Anhalt Nru 47/2003, p. 371) mil-Land ta' Sachsen-Anhalt lill-Investitionsbank, stabbilit fuq inizjativa tal-Land stess, hija nulla minħabba ksur tal-projbizzjoni ta' prattiki antikompetittivi?
2)
Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: Ir-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt Komunitarju fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 86(2) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Investitionsbank jibbenefika, bħal-Land ta' Sachsen-Anhalt, minn eżenzjoni mill-ispejjeż u t-taxxi tal-qorti biss fil-qadi tad-dmirijiet pubbliċi tiegħu fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Verordnung über die Errichtung der Investitionsbank Sachsen-Anhalt (Regolament li jistabbilixxi l-Investitionsbank ta' Sachsen-Anhalt), tat-30 ta' Diċembru 2003 (GVBl. LSA 2004, p. 20), kif emendat bir-Regolament li jemenda tat-2 ta' Diċembru 2006 (GVB1. LSA p. 534)?
Full & Egal Universal Law Academy