6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen
(Kawża C-410/08)
(2008/C 313/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss Caps AG
Konvenuta: Hauptzollamt Singen
Domandi preliminari
1)
L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda (Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 — Nomenklatura magħquda (NM)) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li preparazzjonijiet kkostitwiti biss minn żejt jew xaħam — konċentrat — biż-żieda unika tal-vitamina E u li, għall-bqija, ma ġewx suġġetti għal trattament, għandhom jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura?
2)
Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda:
L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li ż-żieda ta' vitamina E konċentrata (konċentrat ta' d-alpha-tocophérol) fl-ammont ta' 22,8 mg għal kull 600 mg ta' żejt tal-ħuta konċentrat (Incromega EPA SR 500 TG) iwassal għall-esklużjoni tal-prodott minn din l-intestatura?
3)
Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda u ta' risposta negattiva għat-tieni domanda:
Il-punt 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn 212,8 mg ta' ġelatina, 77,7 mg ta' gliċerina u 159,6 mg ta' ilma msoffi u li fihom is-sustanza użata bħala supplement għad-dieta għandhom jiġu kkunsidrati bħala imballaġġ?
4)
Fil-każ ta' risposta negattiva għat-tielet domanda:
L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn 212,8 mg ta' ġelatina, 77,7 mg ta' gliċerina u 159,6 mg ta' ilma msoffi jwasslu għall-esklużjoni minn din l-intestatura tal-kapsuli deskritti iktar 'il fuq?
(1) ĠU L 256, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy