20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen
(Kawża C-411/08)
(2008/C 327/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss Caps AG
Konvenuta: Hauptzollamt Singen
Domandi preliminari
1)
Il-punt 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn trab tal-lamtu u li fihom sustanzi li huma ta' supplement għad-dieta għandhom jiġu kkunsidrati bħala imballaġġ?
2)
Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:
L-intestatura 1515 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li kapsuli tal-pilloli magħmula minn trab tal-lamtu u li fihom 580 mg ta' konċentrat ta' żejt tan-nebbieta tal-qamħ jaffettwaw in-natura tal-prodott b'tali mod li dan huwa eskluż mill-intestatura 1515 tan-nomenklatura magħquda?
(1) ĠU L 256, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy