6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Baden-Württemberg fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen
(Kawża C-412/08)
(2008/C 313/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss Caps AG.
Konvenut: Hauptzollamt Singen.
Domandi preliminari
1)
It-testatura 1517 tan-nomenklatura magħquda (Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 — Nomenklatura magħquda (NM) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li ż-żieda ta' 10 mg ta' leċitina, ta' 18.8 mg ta' vitamina E, ta' 8.2 mg ta' xama', ta' 8 mg ta' pantotenat tal-kalċju, ta' 0.2 mg ta' aċidu foliku, u ta' 0.11 mg ta' bijotina ma' taħlita ta' 500 mg ta' żejt tal-kemmun ippressat bil-kiesaħ (62.5 % jew 83.3 %), ta' 38.7 mg ta' żejt tas-sojja u 16 mg ta' xaħam tal-butir hija tant żgħira li ma taffettwax il-klassifikazzjoni ta' tali preparament taħt din it-testatura?
2)
Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:
Ir-regola 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pakketti tal-kapsuli li fihom jitqiegħdu s-sustanzi msemmija iktar 'il fuq għandhom jiġu kkunsidrati bħala ppakkjar?
3)
Fil-każ li r-risposta li tingħata għat-tieni domanda tkun fin-negattiv:
Il-pożizzjoni 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li l-pakkett ta' kapsuli huwa kompost minn 313.97 mg ta' massa ta' ġelatina (47.3 % ta' ġelatina, 17.2 % ta' gliċerina, 35.5 % ta' ilma), minn 4.30 mg ta' pejst magħmul minn 50 % ta' diossidu tat-titanju u 50 % ta' gliċerina u minn 1.73 mg ta' pejst magħmul minn 25 % ta' laker isfar u 75 % ta' gliċerina jimplika li l-kapsuli deskritti iktar 'il fuq huma esklużi minn din it-testatura?
(1) ĠU L 256, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy