22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/26
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-418/08)
(2008/C 301/40)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u A.A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
—
tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva,
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2007.
(1) ĠU L 143, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy