20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (Il-Ġermanja) fit-23 ta' Settembru 2008 — Yasar Erdil vs Land Berlin
(Kawża C-420/08)
(2008/C 327/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet
Rikorrent: Yasar Erdil
Konvenut: Land Berlin
Domanda preliminari
Ċittadin Tork li l-istatus legali tiegħu jirriżulta mit-tieni subinċiż tal-ewwel frażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Nru 1/80 u li ilu jgħix fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja minn meta twieled fl-1989, jista' jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni speċjali kontra tkeċċija, stabbilita skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 158 tat-30 ta' April 2004, p. 77; verżjoni rrettifikata ppubblikata fil-ĠU L 229 tat-28 ta' Ġunju 2004)?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE); (ĠU L 158, p. 77). (Rettifika tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 229, p. 35)
Full & Egal Universal Law Academy