22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/26
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-422/08)
(2008/C 301/41)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u B. Schöfer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), billi naqset milli tittrasponi din id-direttiva u/jew billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-30 ta' April 2007.
(1) ĠU L 143, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy