21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/16
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-424/08)
(2009/C 69/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Sipos, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, billi l-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ma implementawx pjanijiet ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha suġġetti għall-Artikolu 9 tad-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva 96/82/KE jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu, fir-rigward tal-istabbilimenti kollha suġġetti għall-Artikolu 9 ta' din id-direttiva, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jfasslu pjan ta' emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti. Dawn il-pjanijiet ta' emerġenza esterna mhux biss għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-miżuri ta' intervent fuq ġewwa u fuq barra ta' din is-sit, iżda għandhom ukoll jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni speċifika fuq l-inċident u fuq l-azzjoni li għandha tittieħed. Barra minn dan, fil-pjan ta' emerġenza esterna għandhom jiġu inklużi, pereżempju, fil-każ ta' inċident rilevanti b'possibbiltà ta' konsegwenzi transkonfinali, anki informazzjoni intiża għas-servizzi ta' emerġenza u ta' għajnuna ta' Stati Membri oħra.
L-għan ta' dan ir-rikors huwa li jiġi aċċertat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva 96/82/KE, billi ma fasslitx pjanijiet ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha suġġetti għall-Artikolu 9 ta' din id-direttiva.
Full & Egal Universal Law Academy