8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/31
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-427/08)
(2008/C 285/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u I. Hatzigiannis)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (1) tal-20 ta' Novembru 2006 dwar l-adattament ta' ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, jew, f'kull każ, li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fl-1 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 363, 20 ta' Diċembru 2006, p. 141.
Full & Egal Universal Law Academy