6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank 's-Gravenhage (l-Olanda) fid-29 ta' Settembru 2008 — Monsanto Technology LLC vs Cefetra BV, Cefetra Feed Service BV, Cefetra Futures BV,u L-Istat tal-Arġentina u Miguel Santiago Campos, fil-kapaċità tiegħu bħala s-Segretarju tal-Istat għall-Agrikoltura, it-trobbija tal-annimali, is-settur tas-Sajd u l-Ikel, u Monsanto Technology LLC vs Vopak Agencies Rotterdam BV u Alfred C. Toepfer International GmbH
(Kawża C-428/08)
(2008/C 313/24)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank 's-Gravenhage (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Monsanto Technology LLC
Konvenuti:
1.
Cefetra BV
2.
Cefetra Feed Service BV
3.
Cefetra Futures BV
4.
Ir-Repubblika Arġentina, Miguel Santiago Campos, fil-kapaċità tiegħu bħala s-Segretarju tal-Istat għall-Agrikoltura, it-Trobbija tal-Annimali, is-Settur tas-Sajd u l-Ikel
Rikorrenti: Monsanto Technology LLC
Konvenuti:
1.
Vopak Agencies Rotterdam BV
2.
Alfred C. Toepfer International GmbH
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew (1) u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni mogħtija taħt dan l-artikolu tista' tiġi invokata f'sitwazzjoni bħal dik tal-kawża inkwistjoni, meta l-prodott (id-DNA) jiġi inkorporat f'materjal u ma kienx jissodisfa l-funzjoni tiegħu meta seħħ il-ksur allegat, iżda li ssodisfa l-funzjoni tiegħu jew li jkun kapaċi li jerġa' jissodisfa l-funzjoni tiegħu wara li jkun ġie iżolat minn dak il-materjal u jkun iddaħħal fiċ-ċellula ta' organiżmu?
2)
Jekk jiġi preżunt li l-preżenza tas-sekwenza ta' DNA hekk kif deskritta fl-affermazzjoni nru 6 tal-privattiva fl-ikel abbażi tas-sojja importat fil-Komunità minn Cefetra u ACTI, u li kieku wieħed kellu jassumi li d-DNA ġie inkorporat fl-ikel abbażi ta' sojja għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 9 tad-Direttiva u li m'għadux jissodisfa l-funzjoni tiegħu:
il-protezzjoni ta' privattiva dwar materjal bijoloġiku kif prevista mid-Direttiva, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 9, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-privattivi milli tagħti (fl-istess waqt) protezzjoni assoluta fuq il-prodott (id-DNA) bħala tali, irrispettivament minn jekk id-DNA jissodisfax il-funzjoni tiegħu, u l-protezzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 9 għandha għaldaqstant titqies bħala eżawrjenti?
3)
Tagħmel differenza, fir-risposta għat-tieni domanda, li l-applikazzjoni għall-privattiva tkun saret u ngħatat (fid-19 ta' Ġunju 1996) qabel l-adozzjoni tad-Direttiva u li din il-protezzjoni assoluta fuq il-prodott ingħatat qabel l-adozzjoni tad-Direttiva?
4)
Huwa possibbli, fir-risposta għad-domandi preċedenti, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-Ftehim TRIPS, b'mod partikolari l-Artikoli 27 u 30 tiegħu?
(1) ĠU 1998 L 213, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy