20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunals, Londra (ir-Renju Unit) fid-29 ta' Settembru 2008 — Terex Equipment Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-430/08)
(2008/C 327/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunals, Londra (fuq talba tal-Edinburgh Tribunal Centre).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Terex Equipment Ltd.
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs.
Domandi preliminari
1)
Il-Kodiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tiegħu, jippermetti r-reviżjoni tad-dikjarazzjoni sabiex issir korrezzjoni fil-kodiċi ta' proċedura doganali (KPD) u, jekk dan huwa l-każ, il-Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs (HMRC) huma meħtieġa jemendaw id-dikjarazzjoni u jirregolarizzaw is-sitwazzjoni?
2)
F'dan il-każ, il-merkanzija tneħħiet mis-sorveljanza doganali b'mod illegali fis-sens tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 865 tar-Regolament ta' implementazzjoni (2)?
3)
Jekk dan huwa l-każ, kien, minħabba f'hekk, inkors dejn doganali fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi?
4)
Anki jekk ma kienx hemm dejn doganali taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi, kien inkors dejn doganali taħt l-Artikolu 204 fid-dawl
i)
tal-konstatazzjonijiet dwar “traskuraġni ovvja” u
ii)
tal-kwistjoni jekk l-HMRC naqsux milli jikkonformaw ruħhom mal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi minħabba li ma kkomunikawx id-debitu doganali taħt l-Artikolu 204 fit-terminu previst?
5)
Peress li:
i)
ma jista' jkun hemm ebda regolarizzazzjoni taħt l-Artikolu 78 tal-Kodiċi, u
ii)
kien hemm dejn doganali, u
iii)
kien hemm sitwazzjoni speċjali kif ikkontempata fl-Artikolu 899 tar-Regolament ta' implementazzjoni,
seta' t-Tribunal jikkonkludi li ma kienx hemm traskuraġni ovvja b'tali mod li għandu jkun hemm remissjoni tad-dejn doganali taħt l-Artikolu 239 tal-Kodiċi?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy